
21 ta’ Marzu, 2009
STQARRIJA
FL-OKKAZJONI TAT-TĦAWWIL TA’ SITTIN SIĠRA B’KOMMEMORAZZJONI TAS-SITTIN ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KULLEĠĠ SAN ALBERT IL-KBIR
[singlepic id=39 w=320 h=240 float=left]“Il-ħidma tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-qasam edukattiv fl-dawn l-aħħar sittin sena huwa simbolu ħaj ta’ l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ ħafna favur soċjeta iktar inklussiva u ġusta.”
Dan qalu is-Sur Mario Mallia, Kap tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir meta tħawwlu 60 siġra fil-masġar ta’ Santa Luċija fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Jason Azzopardi u membri tal-komunita` edukattiva tal-Kulleġġ f’egħluq is-sittin sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir.
[singlepic id=40 w=320 h=240 float=left]Pajjiżna kien għadu kemm ħareġ mit-trawma tal-gwerra bin-naħa tan-nofsinhar ta’ Malta partikolarment imkissra mill-bombi ta’ l-għadu. Kien propju f’dan iż-żmien diffiċli ta’ riġenerazzjoni ta’ pajjiżna li il-provinċja Dumnikana f’Malta iddeċidiet li tagħti l-kontribut tagħha b’mod dirett għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ Maltin. Fil-fatt kienet is-sena 1948 li id-Dumnikani iffirmaw kuntratt li bih il-bini illum imwaqqa’ da dak li kien Flores College fil-Belt Valletta għadda uffiċjalment f’idejn il-provinċja Dumnikana Maltija. B’hekk bdiet avventura edukattiva tad-Dumnikani f’Malta li ssemmiet għal Dumnikan tas-seklu tlettax magħruf ghal-għerf u l-qdusija tiegħu: San Albert il-Kbir.
[singlepic id=41 w=320 h=240 float=left]L-ewwel sena skolastika tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir kienet fi Triq l-Ifran f’Palazz storiku mill-isbaħ ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Gwann l-isfel minn fejn illum hemm il-Kullegg eżistenti. Madanakollu, dan il-bini maestuż u antik, kien ħass l-effetti tal-bumbardamenti Ġermaniżi u Taljani fuq il-Belt Valletta, tant li id-Dumnikani kellhom jibdew jaħsbu biex jirrilokaw il-Kulleġġ għal post ieħor. Fil-fatt sa sentejn wara, id-Dumnikani iffirmaw kuntratt biex jinxtara dak li kien il-Bank ta’ Scicluna fil-post fejn hemm il-Kulleġġ San Albert il-Kbir illum. Dan il-bini li wkoll kien storiku, kien iġġarraf fl-1942 wara attakki mill-ajru ta’ l-għadu. Il-bini ta’ Kulleġġ il-ġdid dam għaddej għaxar snin sakemm fl-1961 fetaħ uffiċjalment il-bibien tiegħu għall-istudenti.
Id-Dumikani ġew l-ewwel darba f’Malta fl-1450 bil-ftuħ ta’ l-ewwel dar tagħhom fir-Rabat.
Illum il-Kulleġġ San Albert il-Kbir jgħodd mal-450 student li l-eta` tagħhom tvarja bejn il-ħames snin u s-sittax-il sena. Bħalissa il-Kulleġġ qed jaħdem fuq pjanijiet biex ikompli jespandi fuq is-servizz li joffri bir- rilokazzjoni tal-Kulleġġ fin-nofsinhar ta’ Malta biex ikompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u edukattiv ta’ pajjizna.
Is-Sur Mallia irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi għas-sostenn tiegħu għal din l-inizjattiva kif ukoll lid-diriġenti u l-ħaddiema tal-kampanja 34U li ħadmu biex din l-inizjattiva tkun possibbli.
Mario MalliaKap ta’ l-iskola

























0 Response to “”