L-istudenti tas-Sitt Sena mill-Kulleġġ Santa Tereża Primarja Lija-Balzan-Iklin tellgħu numru ta’ rappreżentazzjonijiet ta’ l-aħħar ikla tal-Mulej.
[slideshow id=10]
Dawn ir-rappreżentazzjonijiet saru fil-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali San Pio X ta’ Ħal Lija nhar it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 t’April 2009. Id-direzzjoni kienet tas-Sur Paul Rapa, għalliem tas-Sitt Sena. L-istudenti ta’ l-iskejjel Primarji ta’ Ħal Lija u Santa Venera fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża u tal-iskola Primarja tar-Rabat fi ħdan il-kulleġġ San Nikola attendew biex jaraw dawn ir-rappreżentazzjonijiet. Kull rappreżentazzjoni, li kienet tieħu madwar għoxrin minuta, kienet tikkonsisti minn spjega animata tal-ikel tipiku li kien jittiekel fl-ikla tal-Għid u l-aħħar ikla ta’ Ġesu’ mad-dixxipli - il-kant tas-salmi, il-ħasil tar-riġlejn, it-tradiment ta’ Ġuda u t-twaqqif ta’ l-Ewkaristija.
Din kienet esperjenza unika mhux biss għall-istudenti li ħadu sehem, iżda wkoll għal dawk l-istudenti u għalliema li kellhom iċ-ċans li jiġu jaraw din ir-rappreżentazzjoni.

























Irnexxieli nara dan ic-cenaklu haj tassew kienet zjara fejn wiehed seta’ jara t-tfal esposti ghal esperjenzi diversifikati. prosit
kemm ghogbuna ir ritratti.
proset ta l attivita .
rosaria .muhmud
Jien kont San Tumas din kienet esperjenza sabiha hafna ghalija
konna domna hafna naghmluha
Prosit lil dawk kollha li ħadu sehem f’din ir-rappreżentazzjoni u għall-mod professjonali kif għamiltuha. Mir-ritratti jidher ċar li ħadtu gost tagħmluha u tgħallimtu ħafna. Għalkemm ma ġejtx naraha, permezz tal-użu tat-teknoloġija tal-informatika, xorta waħda wassaltu l-messaġġ.
Raymond Bonnici
Jien hadt sehem ukoll u nixtieq nawgura lil kulhadd specjalment lil Enrico li ghamilha ta` kristu.
Grazzi.
U nixtieq nghid grazzi lil Dorris li ghinitna nilbsu il-hwejjeg.
Grazzi Dorris.