Għandna l-pjaċir ngħidu li din is-sena l-Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Lawrence Gonzi, għazel lilna, it-tfal tal-ħames sena tal-iskola tagħna sabiex nippreparawlu l-kartolina tal-Milied li hu se jibgħat din is-sena. Aħna onorati ħafna li tana din l-opportunita u għamilna minn kolllox sabiex din tkun suċċess.
Din il-kartolina bdejnieha fi gruppi. Din kienet biċċa xogħol kreattiva fejn rajna l-immaġinazzjoni tagħna tinbidel f’arti. L-ewwel bdejna billi skeċjajna xi karattri tal-presepju sabiex naraw kif jiġu ladarba nibdew inpinġuhom fuq il-kartolina. Kull wieħed u waħda minna għandu ħiliet sbieħ u differenti u hekk irnexxielna noħolqu stampa sabiħa ferm tan-nativita’. Kien hemm min penġa lill- Madonna, lil San Ġużepp, lill-Bambin. Oħrajn għamlu xi rgħajja, stilel u saħansitra s-slaten maġi. Bdejna bi ‘sketch’ u spiċċajna bi tpinġija pulita ferm. Fl-aħħar tajnieha l-kulur bil-‘watercolours’ u ħarġet dehra sabiħa ħafna li aħna żgur li bit-talenti tagħna kollha din is-sena, se nwasslu messaġġ ta’ hena u ferħ lil kull min jirċievi din il-kartolina.
Uħud minn sħabna tal-ħames sena kienu nkarigati mill-E-Card. Din hija kartolina elettronika li permezz ta’ programm apposta u bl-għajnuna ta’ diversi għalliema, irnexxielna noħolqu e-card mill-isbaħ, b’effetti ħelwin u anke bil-mużika magħha. Kull min jirċievi din il-kartolina żgur li se jissaħħar u jiftakar fina t-tfal li għamilnieha b’tant dedikazzjoni.
Din l-esperjenza kienet waħda sabiħa ħafna għalina l-istudenti u ċerti li l-Prim Ministru se jkun grat lejna filwaqt li jkun jista’ jiftaħar bit-tfal ta’ pajjiżu li jafu jużaw it-teknoloġija li tant jisħqu fuqha llum il-ġurnata.
Grazzi kbira lil Ms Giles għalliema tal-IT għax-xogħol fuq l-E-card u lil Ms A. Attard u Ms M. Attard għalliema tal-Arti għax-xogħol fuq il-Kartolini.
Tfal tal-Hames Sena, Kullegg Santa Tereza, Skola Primarja Santa Venera


























Kemm huma sbieh dawn il-kartolini li ghamiltu, prosit.
Prosit kemm huma sbieh
Din żgur kienet esperjenza sabiħa u ta’ impenn għalina lkollli ħdima flimkien … Prinċipal, Kap u Assistenti Kapijiet tal-iskola, għalliema tal-klassijiet u peripetetiċi, tfal u ġenituri. Din hija esperjenza oħra li tfakkarna kemm għandna napprezzaw l-impenn tagħna lkoll. PROSET lil kulħadd
Idea tajba li għamiltu dawk il-kartolini sbieħ. Kontu kreattivi ħafna. Tajjeb li nieħdu eżempju ta’ dawn it-tfal u nibdew nibagħtu kartolini elettoniċi, kartolini li nistgħu nissejvjawhom u ngħinu lill-ambjent billi nnaqqsu l-użu tal-karta. Immaġinaw ftit kemm niffrankaw qtugħ ta’ siġar biex nagħmlu l-kartolini. Prosit mill-ġdid.
Prosit! Kartolini sbieh hafna. inselli ghalikom u nibghat l-awguri tieghi ghall-Milied hieni u sena gdida mimlija risq u Barka tal Mulej lil kulhadd.