Avventuri Ambjentali 2010

Għal sena oħra, ġewwa l-iskola primarja ta’ Ħal-Luqa - Kulleġġ San Injazju - erġajna organizzajna ġimgħa ta’ Avventuri Ambjentali.

[slideshow id=16]

Din saret bejn it-Tnejn 22 u l-Ġimgħa 26 ta’ Frar. Mit-Tnejn sal-Ħamis saru attivitajiet għat-tfal kollha - inklużi dawk tal-Kindergarten - ġewwa l-iskola stess. Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu sessjonijiet ta’ qari dwar is-separazzjoni tal-iskart, iż-żriegħ ta’ żerriegħa differenti ġo kontenituri, treasure hunt dwar l-ismijiet tas-siġar li għandna ġewwa l-iskola tagħna u tħawwil ta’ siġra taż-żebbuġ ġo waħda mill-konok li għandna l-iskola. Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar iċċelebrajna din il-ġimgħa b’attivita’ oriġinali ħafna. Organizzajna ħarġa għall-Buskett għat-tfal kollha, il-ġenituri u l-istaff kollu tal-iskola. Kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri kienu impenjati f’diversi attivitajiet b’temi ambjentali. Kulħadd ħa gost u smajna ħafna kummenti pożittivi. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk il-ħafna entitajiet li tawna l-għajnuna tagħhom fosthom:

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-tfal, WasteServ Malta Ltd, 34U, Dogs’ Trust / SPCA, Nature Trust, Home Economics Centre, Health Promotion Unit, Malta Writing Programme, Malta Red Cross Society u Dinja Waħda (BirdLife).

Grazzi wkoll lil dawk li mexxew sessjonijiet oħra dwar il-Ħarsien tal-Annimali u t-Tibdil fil-Klima.

0 Response to “Avventuri Ambjentali 2010”


  • No Comments

Leave a Reply